Erba' snin ilu Chanelle ta' 22 sena marret tiltaqa' mal-Mulej imma t-tbissima tagħha għadha tgħix | One News

Notifiki

Erba’ snin ilu Chanelle ta’ 22 sena marret tiltaqa’ mal-Mulej imma t-tbissima tagħha għadha tgħix

Kien propju bħal-lum 4 snin ilu meta saret l-aħħar tislima lil Chanelle Bezzina; tfajla ta’ 22 sena min-Naxxar.

Il-Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina fin-Naxxar ftit jiem wara fit-18 ta’ Jannar kienet ippakkjata b’nies kollha qalbhom sewda, li l-anġlu tat-tbissim ħalliet din id-dinja. Il-Knisja kienet armata bi bżieżaq roża u bosta kantanti li tant kienet tħobb issegwi Chanelle, ġew ituha l-aħħar tislima b’leħinhom.

4 snin wara, ommha Simone kitbet fuq facebook tfakkar il-memorja tagħha kif ukoll turi li l-vojt li ħalliet jibqa’ jinħass għal dejjem.

Iżda Chanelle kellha tbissima speċjali; tbissima li għadha tgħix u li tagħti kuraġġ lil kull min għaddej minn toqol partikolari fil-ħajja speċjalment dawk li jsofru minn mard bħal kanċer; marda li hi rnexxielha tirbħilha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend