Il-Gvern jilqa’ l-kummenti tal-K.E. dwar il-proġett tal-power station tal-gass – One News

Notifiki

Il-Gvern jilqa’ l-kummenti tal-K.E. dwar il-proġett tal-power station tal-gass

Il-Gvern laqa’ l-kummenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-proġett tal-Power Station tal-Gass. Fil-kummenti tagħha l-Kummissjoni Ewropea nnutat li ntlaħqu l-għanijiet tal-proġett u li wasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet, għal kontijiet orħos u għat-tneħħija ta’ impjanti antiki u li jniġġsu tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Delimara u l-Marsa.

Dan għal benfiċċju tal-poplu Malti u l-ambjent.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi nnota li dan il-kliem mill-Kummissjoni Ewropea juru kif ir-roadmap tal-enerġija u l-energy mix użata hija l-aqwa strateġija għal pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend