Iċedu post binthom fl-Emerġenza biex pazjent fil-bżonn jingħata l-kura – One News

Notifiki

Iċedu post binthom fl-Emerġenza biex pazjent fil-bżonn jingħata l-kura

Il-ġenituri ta’ tifla ċkejkna li kellha bżonn is-servizzi tal-emerġenza meta kienet ma tiflaħx ċedew posthom biex it-tobba jkollhom spazju jagħtu servizz lil pazjenti oħra li kienu fil-bżonn.

Din l-istorja ħelwa rrakkuntaha t-Tabib tal-Emerġenza Michael Spiteri fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.

Spiteri spjega kif bħalissa huwa l-aktar żmien bieżel għal dan id-Dipartiment. It-tobba jaħdmu 12-il siegħa bla waqfien, is-servizzi tal-ambulanza jaħdmu biex inaqqsu l-ħin ta’ stennija, u fl-isptarijiet kulħadd jagħti sehemu biex il-pazjent jieħu l-aqwa servizz kif jixraq.

It-Tabib Spiteri qal li minkejja dan kollu, huwa żmien fejn wieħed ikun kburi li jagħti s-servizz tiegħu f’dan id-Dipartiment, speċjalment meta wieħed jinnota l-ġest nobbli ta’ ċertu pazjenti.

“Ħafna nies jifhmu u japprezzaw li jkun hemm ħafna xogħol u dejjem naraw x’nagħmlu biex naqdu pazjenti ġodda. Ħafna mill-pazjenti jappoġġjawna u nisimgħu kliem ta’ kuraġġ mingħandhom”, saħaq it-tabib.

“Il-ġenituri ta’ pazjenta ċkejkna rawna nissieltu biex insibu post adekwat biex naqdu pazjent, u offrew li jċedu post binthom biex ikun jista’ jidħol pazjent ieħor. Ma nistax ma ngħidx grazzi. Aħna kburin li nservu nies speċjali bħalhom, u nagħtu kelma li aħna nagħmlu minn kollox biex nagħtukom l-aħjar servizz possibbli”, qal Spiteri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend