Il-Funtana Trevi f'nofs kontroversja | One News

Notifiki

Il-Funtana Trevi f’nofs kontroversja

Il-funtana Trevi li tinsab f’Ruma, funtana tant famuża hekk kif kull min iżurha jitfa fiha munita bit-tama li jerġa jżur il-kapitali Taljana, spiċċat f’nofs kontroversja.

Din tikkonċerna il-miljun u ħames mitt elf ewro li kull sena jintefgħu fil-funtana. Tradizzjonalment, dawn jingħataw lil karita Kattolika biex tgħin li foqra.

Iżda s-Sindku ta’ Ruma Virginia Raggi trid li l-flus jibdew jintefqu fuq l-infrastruttura tal-belt Taljana, li ma tinsabx f’kundizzjoni tajba.

Il-Caritas f’Ruma qalet li dan it-telf ta’ dħul se jaffettwa ħażin lil foqor, bil-kunsilliera tal-belt approvaw il-bidla li mistennija tidħol fis-seħħ minn April.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend