Tliet persuni arrestati wara li nqabdu bid-droga f'Tas-Sliema- se jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin | One News

Notifiki

Tliet persuni arrestati wara li nqabdu bid-droga f’Tas-Sliema- se jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin

Tliet persuni li l-età tagħhom tvarja bejn l-20 u t-43 sena ġew arrestati mill-Pulizija wara li l-Ġimgħa nqabdu bid-droga. Il-Pulizija qalet li raġel mill-Fgura, Beltija, u Olandiż ġew arrestati mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wara li wieħed minnhom inqabad b’diversi kapsoli ta’ madwar 300 gramma, suspettati kokaina.

Ilbieraħ, f’iktar ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wettqu diversi spezzjonijiet madwar Malta fosthom ġewwa tas-Sliema.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. S Grech, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jgħinuha.

Iż-żewġt irġiel mistennija jitressqu l-Qorti għada quddiem il-Maġistrat Dr. N Camilleri LL.D, filwaqt li t-tfajla mistennija titressaq il-Qorti fil-ġranet li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend