“Tista’ timmaġina l-orrur li rajt quddiemi”- raġel li kien ftit passi ‘l bogħod minn fejn seħħet l-isplużjoni f’Pariġi – One News

Notifiki

“Tista’ timmaġina l-orrur li rajt quddiemi”- raġel li kien ftit passi ‘l bogħod minn fejn seħħet l-isplużjoni f’Pariġi

“Smajna splużjoni, u sekondi wara kollox beda’ jiċċaqlaq fil-kamra”. Hekk saħaq qarrej ta’ one.com.mt li bħalissa jinsab Pariġi fuq btala u kien ftit metri ‘l bogħod mill-isplużjoni li seħħet dalgħodu f’forn fil-qalba tal-kapitali Franċiża.

Spjega kif għall-ħabta tad-09:00, waqt il-ħin tal-kolazzjon, instemgħet splużjoni kbira li ċċaqalqet il-bini li fih kien il-qarrej. It-tmexxija tal-lukanda kiener pronta tassigura lil kulħadd li dak li kien qed jiġri ma kellu xejn x’jaqsam mal-lukanda.

“Minuti biss wara, intlabna noħorġu mill-lukanda, u kif ħriġt barra rajt ħġieġ kullimkien. Tista’ timmaġina l-orrur li rajt hekk kif dort il-kantuniera. Il-bini kien maħkum min-nar u rajt nies jiġru ‘l barra mimlija demm. Ħriġna miż-żona u ma ġejniex lura qabel is-18:15”, spjega l-qarrej.

Huwa żied jgħid ukoll li s’issa għadha għaddejja operazzjoni ta’ tifi tan-nar u t-toroq tal-madwar għadhom magħluqa kompletament.

Żewġ pumpiera u mara Spanjola tilfu ħajjithom f’din l-isplużjoni. 50 persuna ndarbu, għaxra minnhom serjament, fl-isfond ta’ protesti ġodda li qed isiru kontra l-gvern għalkemm jidher li l-isplużjoni ma kinitx marbuta mal-protesti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend