Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa' minn sellum | One News

Notifiki

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn sellum

Raġel ta’ 44 sena minn Ħal Tarxien qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum aktar kmieni s-Sibt.

L-inċident seħħ sħall-ħabta ta’ 12:10, meta r-raġel waqa’ minn fuq sellum f’garaxx fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi  gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend