Raġel armat b'arma tan-nar jidħol jisraq il-flus minn ħanut f'Ħ'Attard | One News

Notifiki

Raġel armat b’arma tan-nar jidħol jisraq il-flus minn ħanut f’Ħ’Attard

Il-Pulizija qed tfittex raġel li tul il-lejl tal-Ġimgħa daħal jisraq minn ħanut f’Ħ’Attard.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li għall-ħabta tat-20:00 tal-Ġimgħa filgħaxija, raġel liebes hoodie, u allegatament armat b’arma tan-nar, daħal f’ħanut fi Triq il-Linja, Ħ’Attard, talab il-flus lill-kaxxiera, u ħarab minn fuq il-post. Waqt din is-serqa kien hemm impjegata ta’ 36 sena minn Ħaż-Żebbuġ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend