Jinħeles mill-arrest wara li weġġa’ gravi lil raġel f’argument – One News

Notifiki

Jinħeles mill-arrest wara li weġġa’ gravi lil raġel f’argument

Aaron Camilleri ta’ 50 sena minn Birkirkara ingħata l-ħelsien mill-arrest abbażi ta’ depożitu ta’ €2,500 u garanzija personali ta’ €5,000 wara li wieġeb mhux ħati li kkawża ġrieħi gravi fuq Reuben Farrugia waqt argument.

Camilleri kien akkużat ukoll b’sewqan perikoluż, li volontarjament ikkawża ħsara fuq ħwejjeġ ħaddieħor, u li kkawża ġrieħi ħfief fuq persuna.

Il-Qorti ħelsitu mill-arrest abbażi wkoll ta’ diversi kundizzjonijiet, fosthom li jiffirma l-Għassa tal-Pulizija ta’ Birkirara kull nhar t’Erbgħa bejn is-07:00 u s-19:00, li ma joħroġx mid-dar bejn l-22:00 u l-05:00, li ma jsifirx, u ma jkellimx lix-xhieda fil-każ. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-allegat vittma.

Il-Qorti kkunsidrat li l-akkużat ikkopera mal-Pulizija waqt il-ħin tal-arrest, u m’oġġezzjonatx għat-talba ta’ ħelsien mill-arrest.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend