AĠĠORNAT: 2 mejta u 47 midruba splużjoni f'forn fiċ-ċentru ta' Pariġi | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: 2 mejta u 47 midruba splużjoni f’forn fiċ-ċentru ta’ Pariġi

Pumpiera f’Pariġi għaddejjin b’operazzjoni biex jikkontrollaw nirien li nfirxu ma’ stabbiliment privat wara splużjoni bil-gass f’binja. Żewġ persuni tilfu ħajjithom u minn tal-anqas 47 persuna sfaw midruba serjament kawża tal-isplużjoni. L-isplużjoni seħħet f’forn f’Rue de Trévise għall-ħabta tad-09:00.

Karozzi li kienu pparkjati biswit il-binja, u anke bini ieħor fl-inħawi, ġarrbu ħsarat estensivi.

Dawn l-inħawi f’Pariġi ingħalqu kompletament għall-pubbliku sabiex titkompla l-operazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend