92,000 pensjonant bdew jirċievu €17-il miljun f'żieda | One News

Notifiki

92,000 pensjonant bdew jirċievu €17-il miljun f’żieda

Fl-ewwel pensjoni tas-sena li qed titqassam f’dan tmiem il-ġimgħa, 92,000 pensjonant qed jirċievu żieda fil-pensjonijiet tagħhom ta’ madwar €4.50 fil-ġimgħa.  Din iż-żieda fuq medda ta’ sena se tkun ta’ aktar minn €17-il miljun bejniethom.

Iż-żieda tħabbret fil-baġit ta’ din is-sena u hi r-raba’ ż-żieda għall-pensjonanti f’dawn l-aħħar snin. Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Solidarjetà Soċjali, is-Sur Mark Musu spjega kif ivarjaw iż-żidiet fil-pensjonijiet:

“Fil-budgets tal-2016 u l-2017, iż-żieda kienet aktar tolqot lill-pensjonanti bil-pensjoni minima, medja, tar-romol u pensjonanti oħrajn u li għandhom pensjoni relativament baxxa. Filwaqt li kien hemm kategoriji oħra li bbenefikaw ta’ pensjonati minn mizuri ohrajn addizjonali. Iżda fl-2018 u fl-2019 il-Gvern qed jagħti żieda lill-pensjonanti kollha”.

Huwa spjega li kull pensjonant se jkun qed jirċievi xi żieda, ewlenin fosthom ir-romol u l-pensjonanti tal-invalidità.

“Se jkunu qegħdin ukoll il-pensjonati tal-età u l-pensjoni non-kontrabitorja li wkoll huma jkunu qed jirċevu ż-żieda ta’ €4.50 fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħhom u wkoll se nqasmu ż-żieda lil persuni li jibbenefikaw mill-assitenza medika għax tħabbret miżura għal dawk il-koppji li huma 2 pazjenti u jircievu għajnuna medika għax kien hemm zieda ta’ €5 fil-ġimgħa”.

Is-Sur Musu spjega kif iż-żieda ta’ sbatax-il miljun hija għal din is-sena biss, u f’każ ta’ żieda s-sena d-dieħla din tkun imħabbra f’baġit ieħor. Madankollu qal li din mhux l-unika żieda li ser jingħataw il-pensjonanti matul din is-sena. Żieda oħra li se titqassam matul ix-xahar d-dieħel se tkun il-pagament ta’ €300 lil anzjani ta’ ‘l fuq minn 75 sena u li għadhom jgħixu fil-komunità.

“Se nkunu qed inħallsu l-bonus lil dawk il-persuni anzjani ta’ anqas minn 75 sena u jkunu ħallsu bolol f’ ħajjithom izda mhux biżżejjed biex ikollom pensjoni dawn jircievu bonus fis-sena fejn fil-budget li għaddiet żdied b’€50, u issa jse jkun ta’ €250 u €300, skont kemm ikunu ħalsu, u dan se jitħallas fi Frar”.

Is-Segretarju Permanenti Mark Musu spjega li jekk xi persuna jkollha xi diffikultà dwar dawn il-pagamenti tista ċċempel fuq in-numru 153 jew tirrikori f’xi uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend