Tfajla Amerikana ta' 13-il sena tinstab wara l-qtil tal-ġenituri tagħha | One News

Notifiki

Tfajla Amerikana ta’ 13-il sena tinstab wara l-qtil tal-ġenituri tagħha

Tfajla ta’ 13-il sena minn Wisconsin l-Amerka li kienet irrappurtata nieqsa f’Ottubru wara li l-ġenituri tagħha kienu nqatlu nstabet ħajja.

Il-ġenituri ta’ Jayme Closs, kienu nstabu maqtula fid-dar tagħhom is-sena l-oħra.

Skont il-midja lokali huwa mifhum li  Jayme kienet ħarbet mid-dar qrib Gordon f’Wisconsin.

 

Il-pulizija qalu, “Aħna wegħdna li nirritornaw lil Jayme d-dar u llejla nkunu nistgħu nwettqu din il-wegħda”.

Il-Pulizija ma tawx iktar dettalji dwar dan il-każ, però huma mistennija jagħtu aġġornament iktar tard illum.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend