L-ikel li jtawwal il-ħajja tal-bniedem | One News

Notifiki

L-ikel li jtawwal il-ħajja tal-bniedem

Kieku kelli noffrilek ikel biex tgħix iktar, tkun interessat?

Dan l-ikel naturali jnaqqas il-possibilità ta’ attakki tal-qalb, strokes, u kif ukoll id-dijabete tat-tip 2. Minbarra li jgħin biex ikollok piż tajjeb, huwa jżomm il-livell tal-kolesterol baxx.

Dan l-ikel ma jiswiex ħafna flus u jista’ jinxtara mis-supermarkets kollha.

Skont riċerka fuq kemm suppost nikkunsmaw fibra, din tgħidilna li hemm ħafna benefiċċji.

Kemm għandna bżonn nikkunsmaw fibra?

Riċerkaturi mill-Università ta’ Otago fi New Zealand u l-Università ta’ Dundee jgħidu, li għandna bżonn nikkunsmaw minimu ta’ 25 gramma fibra kuljum.

Madanakollu, huma jgħidu li ammont aħjar minn dan huwa ta’ 30 gramma, minħabba li hemm benefiċċji konsiderevoli.

Il-fibra tinstab fil-frott u l-ħxejjex, f’ċertu ċerejali li jiġu kkunsmati waqt il-breakfast, il-ħobż, u għaġin li jużaw whole grain u pulses bħal ngħidu aħna fażola, nuts u żerriegħa.

 

Skont ir-riċerka, jekk 1,000 persuna jibdlu d-dieta tagħhom u jikkunsmaw bejn 25 u 29 gramma fibra, jiġu skansati 13 –il mewt u sitt każijiet ta’ attakki tal-qalb.

Iktar ma jiġi kkunsmat il-fibra, iktar ikun aħjar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend