Is-silġ iwaħħal it-toroq u s-servizzi ferrovjarji f'partijiet tal-Ewropa | One News

Notifiki

Is-silġ iwaħħal it-toroq u s-servizzi ferrovjarji f’partijiet tal-Ewropa

Minħabba li niżel ammont sostanzjali ta’ silġ, kien hemm konfużjoni f’partijiet tal-Ġermanja u l-Iżvezja. Dan ħalla impatt negattiv fuq it-toroq, ferroviji u l-iskejjel kellhom jingħalqu.

L-għaqda tas-Salib l-Aħmar tat l-għajnuna tagħha lis-sewwieqa tat-trakkijiet li weħlu b’konsegwenza tas-silġ fit-toroq tan-Nofsinhar tal-Ġermanja eżattament fir-reġjun tal-Bavarja, fejn is-servizz tal-ferrovija kellu jieqaf.

Tifel ta’ 9 snin ġie maqtul b’siġra li waqgħet minħabba s-silġ il-Ħamis li għadda.

It-Tramuntana tal-Iżvezja wkoll intlaqtet ħażin mit-temp u b’konsegwenza ta’ dan, ingħalqu t-toroq.

Persuni Awstrijaċi tas-Salvataġġ kellhom jikkumbattu silġ fond ħafna.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend