Għaxar snin ħabs għal żagħżugħ ta' 25 sena li stupru lil kuġintu ta' 10 snin | One News

Notifiki

Għaxar snin ħabs għal żagħżugħ ta’ 25 sena li stupru lil kuġintu ta’ 10 snin

Żagħżugħ ta’ 25 sena weħel għaxar snin ħabs wara li nstab ħati fuq akkużi relatati ma’ abbuż u stupru fuq kuġintu meta kienet fl-età tenera ta’ 10 snin. 

Kien aktar kmieni din il-ġimgħa li l-każ tressaq b’ġuri biż-żagħżugħ ikun akkużat li abbuża minn kuġintu fuq medda ta’ seba’ snin u f’każ minnhom kien mixli li stupraha.

Il-każ deher fil-Qorti quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera fejn semgħet l-evidenza kontra l-akkużat, li ismu mhux qed jissemma’ fuq ordni tal-Qorti sabiex jipproteġġu l-identità tal-vittma, ġie mixli li pparteċipa f’attività sesswali ma’ minuri u li kkorrompa lil kuġintu.

L-avukati tal-akkużat Franco Debono u Marion Camilleri spjegaw kif l-akkużat ċaħad kemm-il darba li abbuża sesswalment minn kuġintu bejn l-etajiet ta’ seba’ snin u 14-il sena, kif ukoll li stupraha.

Wara li l-Qorti semgħet l-evidenza kollha, saħansitra anke xhieda mingħand qraba u ġirien, hi emmnet il-verżjoni tat-tifla.

Min-naħa tal-Avukat Ġenerali dehru l-avukati Nadia Attard, Charles Mercieca u Matthew Xuereb. Id-difiża tmexxiet mill-avukati Franco Debono u Marion Camilleri.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend