Al-Qunun tingħata refuġju fl-Awstralja | One News

Notifiki

Al-Qunun tingħata refuġju fl-Awstralja

Uffiċjal Tajlandiż stqarr, li Rahaf Mohammed al-Qunun, it-tfajla ta’ 18-il sena mis-Sawdi Arabja li ħarbet mill-familja tagħha u marret it-Tajlandja, ngħatat refuġju fl-Awstralja.

“Aħna nixtiequ nkunu nafu fejn sejra minħabba li l-Kanada wkoll offrewla refuġju, u qed jistennew id-deċiżjoni tagħha”.

L-aġenzija tar-refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti kienu rreferew ir-rikjesta għall-protezzjoni ta’ al-Qunun lill-Awstralja nhar l-Erbgħa li għadda.

Qunun, li qed toqgħod f’Bankok se tkun qed tħalli t-Tajlandja “meta d-deċiżjoni finali tittieħed”.

“Aħna qed nipprovdu s-sigurtà neċessarja”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend