Ordnat iħallas €472 wara li għamel ħsara fuq bieb ta’ ħanut f’San Pawl il-Baħar – One News

Notifiki

Ordnat iħallas €472 wara li għamel ħsara fuq bieb ta’ ħanut f’San Pawl il-Baħar

Serb ta’ 20 sena tressaq il-Qorti akkużat li għamel ħsara fuq bieb ta’ ħanut f’San Pawl il-Baħar fil-lejl tat-8 ta’ Jannar.
Fil-Qorti ntqal kif fil-ħin tal-arrest, is-Serb qal li xorob il-birra imma ma kienx xurban.  L-ispettur Spiridione Zammit li xehed fil-qorti qal li s-Serb għamel dan biex jintbagħat lura lejn pajjiżu hekk kif huwa kien qed jgħix fit-triq u xtaq li jmur lura s-Serbja.

L-avukat tal-għajnuna legali, Charmaine Cherret, qalet li l-akkużat iddispjaċiħ ta’ li għamel. Il-Qorti wieġbet li b’mod ċar dan ma kienx il-mod kif isiru l-affarijiet u li dak li sar ma kienx ġustifikat.

Petrovic instab ħati u ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sena u nofs.  Huwa kien ordnat ukoll li fi żmien sitt xhur, iħallas €472 għall-ħsarat li kkawża. Sorsi qrib il-każ qalu li r-raġel mistenni jkun ripatrijat mal-ewwel ċans.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend