L-Air Malta tniżżel ajruplan ġdid fl-ajruport ta' Firenze bit-tim ta' Fiorentina abbord | One News

Notifiki

L-Air Malta tniżżel ajruplan ġdid fl-ajruport ta’ Firenze bit-tim ta’ Fiorentina abbord

L-Air Malta hija l-ewwel Linja tal-Ajru b’inżul ta’ Airbus A320neo fl-Ajruport Peretola ta’ Firenze, biex twassal lit-tim tal-futbol ta’ Fiorentina minn u lejn Malta.

Din it-titjira speċjali lejn u minn l-ajruport ta’ Firenze saret possibbli wara li twettqu studji tekniċi mit-tim tal-Operat tat-Tijiriet ta’ Air Malta. Peress li l-ebda A320neo qatt ma opera lejn Firenze, it-tim, flimkien mal-ekwipaġġ, kellu jwettaq kalkoli u valutazzjonijiet biex jikseb l-approvazzjoni mill-Awtorità tal-Ajruport ta’ Firenze qabel ikun jista’ jtir lejn u jopera f’dan l-ajruport.

Dan is-suċċess ġie nnutat ukoll minn Airbus, il-manifatturi tal-A320neo, li kitbu lill-Air Malta biex jawguraw lil-linja tal-ajru għal dan is-suċċess u għall-fatt li kienet l-ewwel linja tal-ajru li operat dan it-tip ta’ ajruplan flajruport ta’ Firenze.

Iż-żjara tat-tim ta’ Fiorentina f’Malta ġġenerat ħafna entużjażmu fost ilpartitarji ta’ Viola Club Malta u dawk kollha li jħobbu l-futbol madwar ilgżejjer u temmet b’turnew trijangulari kontra t-timijiet tal-Premier League Malti, Hibernians u Gżira United.

Filwaqt li l-Ewropa kienet qed tesperjenza perjodu ta’ ħafna kesħa b’ħafna borra f’numru kbir ta’ bliet, it-tim intlaqa’ minn sema blu malwasla tagħhom fil-gżejjer Maltin. Dan ippermetta lill-klabb jagħmel taħriġ intensiv fil-Grawnds tat-Taħriġ tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta’ Malta f’Ta’ Qali. Numru dejjem jikber ta’ klabbs tal-futbol internazzjonali qegħdin jagħżlu lil Malta għall-kamp tat-taħriġ ta’ nofs l-istaġun tagħhom peress li l-gżejjer joffru faċilitajiet tat-taħriġ tajbin ħafna, support lokali, servizzi anċillari, titjiriet frekwenti u klima moderata

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend