Il-Gvern Ingliż lest jagħti aktar appoġġ lill-ħaddiema biex dawn ikunu favur l-abbozz Brexit | One News

Notifiki

Il-Gvern Ingliż lest jagħti aktar appoġġ lill-ħaddiema biex dawn ikunu favur l-abbozz Brexit

Il-Gvern Ingliż qed jikkunsidra li jagħti aktar protezzjoni lill-ħaddiema u lill-ambjent biex jirbaħ l-appoġġ ta’ dawn iż-żewġ oqsma fil-proċess Brexit. Dan kien propost mill-Membru Parlamentari Laburista John Mann, li huwa magħruf li jappoġġja għall-aħħar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Intant, il-Ministru responsabbli mis-settur tan-Negozju fl-Ingilterra, Greg Clark, qal li b’din il-mossa, il-Parlament Ingliż qed jingħqad favur l-abboz li fasslet il-Prim Ministru Theresa May.

Iżda l-Mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyne qal li se javża lill-attivisti li elezzjoni ġenerali hija l-unika mod kif l-istaġnar li hemm fid-dawl ta’ Brexit jintemm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend