Filmat: Delia jkompli jattakka l-fazzjoni ta' Simon Busuttil | One News

Notifiki

Filmat: Delia jkompli jattakka l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil

Intervista oħra li kellu l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, reġgħet ikkonfermat il-qasma li hemm fil-Partit Nazzjonalista.

Adrian Delia mar fuq il-programm Iswed Fuq l-abjad, sabiex jitfa’ botti diretti u ċari lejn il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil.

F’botta diretta lejn l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, qalilhom li żgarralhom u reġa’ fakkarhom li huwa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista:

“Biddilna r-regoli biex nippruvaw nifirxu ħalli jivvutaw mhux biss il-kunsilliera imma anki it-tesserati. U għidna li rridu nwessghu l-pjattaforma. U għidna li rridu lil persuna ġdida. Però meta ġie dan il-persuna ġdida. Dawk li ħasbu li din is-sistema se tħalli ċ-ċentru tal-poter kif kien, żgaralhom. U damu wħud minnhom u għadhom ma irrealizzawx”.

Tul l-intervista spikkaw l-eloġji lejn Delia, mill-preżentatur u l-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Frank Psaila, wieħed mill-ftit esponenti Nazzjonalisti li jappoġġjaw lil Delia. B’Adrian Delia qiegħed jgħin lil Psaila fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, bit-tama li jieħu post xi kandidat mill-fazzjoni ta’ Busuttil.

Botta oħra lejn il-fazzjoni ta’ Busuttil, li qegħdin jagħmlu minn kollox sabiex Delia ma jiqbax Kap, kienet meta ġie mistoqsi dwar l-attakki u talbiet li għandu sabiex jirriżenja.

Konxju tal-laqgħat sigrieta li qegħdin isiru biex ma jibqax Kap, Adrian Delia reġa’ qal li se jkompli jmexxi lil Partit Nazzjonalista.

Iżda Delia xorta għadu inċert dwar l-futur tiegħu bħala Kap tant li esprima x-xewqa li jibqa’ sal-elezzjonijiet ta’ Mejju.

Adrian Delia uża d-deċiżjoni tal-Qorti Kriminali sabiex jattakka lil Busuttil li reġa’ ħareġ jattakka lill-qorti wara li ċaħdet it-talba tiegħu biex issir inkjesta inġenere fuq il-Prim Ministru, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi u c-chief of staff Keith Schembri.

Adrian Delia infexx jattakka wkoll il-midja għax jikxfulu għawwaru. Intant, sabiex jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu Delia qal li kull stedina li jkollu jattendi għalihaMadankollu lanqas għaddew 12-il siegħa, li Delia naqqas milli jidher il-qorti f’każ li l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi għandu kontra l-amministrazzjoni Nazzjonalista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend