Estiża l-Gozo Employment Refund Scheme | One News

Notifiki

Estiża l-Gozo Employment Refund Scheme

Għal din is-sena wkoll, se tiġi estiża l-Gozo Employment Refund Scheme. Dan qed isir hekk kif imħabbar fil-baġit li għadda.

Waqt żjara li l-Ministru għal Għawdex għamlet lill-kumpanija RA & Sons Ltd. fix-Xewkija, hija qalet li din l-iskema hi ntiża biex tirrifondi sa 30% tal-paga medja sa massimu ta’ €6,000 għal kull impjieg ġdid iġġenerat f’Għawdex fis-settur privat u li jingħata kuntratt ta’ tliet snin jew aktar.

Il-Ministru għal Għawdex fissret kif sa minn meta ġiet introdotta, din l-iskema intlaqgħet tajjeb u għalekk il-gvern iddeċieda li tiġi estiża:

“Permezz ta’ din l-iskema, il-Gver irid jgħin u jinċentiva lis-settur privat, kif ukoll iwassal sabiex il-ħaddiema jkollhom kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u aktar opportunitajiet ta’ taħriġ”.

B’hekk fissret kif qed isir ukoll investiment fil-ħiliet tan-nies sabiex il-gżira Għawdxija tilqa’ għall-isfidi relatati mal-kapital uman meħtieġ.

Il-Ministru Caruana żiedet tfakkar kif din is-sena, il-Ministeru għal Għawdex se jara żieda ta’ 30% fl-allokazjoni ta’ fondi mgħoddija lilu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend