Al-Qunun tingħata status ta' refuġjata | One News

Notifiki

Al-Qunun tingħata status ta’ refuġjata

It-tfajla Rahaf Mohammed al-Qunun li ħarbet mill-familja tagħha fis-Sawdi Arabja u li rrifjutat li titlaq mil-lukanda f’Bankok, ġiet iddikjarata bħala eliġibbli biex ikollha l-istatus ta’ refuġjata min-Nazzjonijiet Uniti. Dan stqarru l-gvern Awstraljan.

Din it-tfajla ta’ tmintax –il sena rrifjutat li tirkeb abbord l-ajruplan b’titjira minn Bankok lejn il-Kuwajt nhar it-Tnejn li għadda u sakkret lilha nnifisha fil-kamra tal-lukanda tal-ajruport.

Hi qalet li kienet qed tibża mill-familja tagħha minħabba li huma riedu joqtluha minħabba li kienet ċaħdet l-Iżlam.

L-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti rreferew il-każ tagħha lill-Awstralja li ma tawx aktar kummenti min-naħa tagħhom dwar dan. L-uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti tar-Refuġjati tat-Tajlandja wkoll ma tatx kummenti.

Missier u ħu Al-Qunun waslu fit-Tajlandja però hi qed tirrifjuta li tarhom.

Uffiċjali tal-immigrazzjoni Tajlandiża fl-istadji inizjali qalu li Al-Qunun kienet se tirritorna lejn il-Kuwajt fejn kien hemm il-familja tagħha qed tistenniha.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend