“Qed tieħdu xoghol atturi b’diżabilità”- atturi ta’ Hollywood attakkati għax interpretaw karattri b’diżabilità – One News

Notifiki

“Qed tieħdu xoghol atturi b’diżabilità”- atturi ta’ Hollywood attakkati għax interpretaw karattri b’diżabilità

L-attur Amerikan Bryan Cranston, magħruf l-aktar għas-serje Breking Bad, qed jiddefendi deċiżjoni professjonali li ħa meta aċċetta l-irwol ta’ persuna b’diżabilità fl-aktar film riċenti tiegħu, The Upside.

Cranston qal li d-deċiżjoni li jinterpreta parti ta’ persuna bil-kundizzjoni tal-quadriplegia u juża siġġu tar-roti, kienet waħda professjonali.

“Bħala atturi, aħna xogħolna hu li nilbsu ż-żarbun ta’ ħaddieħor, litteralment”, saħaq l-attur, li żied jgħid li jemmen bis-sħiħ li atturi b’diżabilità għandhom jingħataw aktar opportunitajiet fid-dinja taċ-ċinema u tal-palk. Iżda dan ma jfissirz li atturi li m’għandhomx forma ta’ diżabilità fiżika għandhom ikunu kostretti ma jinterpretawx karattri b’diżabilità.

L-argument tiegħu huwa li “jekk jiena straight, sinjur, u għandi ċertu età, ma jfissirx li ma nistax ninterpreta parti ta’ xi ħadd omosesswali, li hu ta’ età differenti, u li huwa fqir”.

Din mhux l-ewwel darba li attur qala kritika għax ingħata ċ-ċans jinterpreta karattru li għandu xi forma ta’ diżabilità. L-atturi Jake Gyllenhaal u Dwayne Johnson ukoll affaċċjaw tgħajjir u ċertu inġustizzji għaliex ‘ħadu post’ atturi b’diżabilità li kien kapaċi jinterpreta l-karattri tagħhom.

Jidher li dan kollu se jkun id-dibattitu li jmiss fid-dinja tal-ispettaklu, fejn diversi atturi qed isemmgħu leħinhom fuq bosta suġġetti bħall-immigrazzjoni, l-inklussività, u issa anke d-drittijiet ta’ atturi b’diżabilità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend