"Min mhux wara l-Kap, mhux postu fil-partit"- Delia | One News

Notifiki

“Min mhux wara l-Kap, mhux postu fil-partit”- Delia

“Min mhux wara l-Kap, mhux postu fil-partit.”

Dan kien il-messaġġ ċar tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia lid-deputati nazzjonalisti mill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, meta kien ikkuntatjat minn Newsbook dwar il-messaġġ li bagħat bil-Whats App lill-membri tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista, fl-għodwa tat-Tnejn fil-05:00.

Messaġġ li fih Delia iddikjara gwerra u qal li lest għal kull konfrontazzjoni ma’ dawk li sejjaħ bħala tradituri fi ħdan il-Partit Nazzjonalista:

 “Irid ikollna Partit wieħed, b’kap wieħed. U min ghandu problema bil-Kap wieħed aħjar joħroġ ħalli jitkellem. Min mhux wara l-Kap mhux postu fil-Partit”.

Dikjarazzjoni li biha, Adrian Delia reġa’ kkonferma l-qasma interna u s-sitwazzjoni miżerabbli li jinsab fiha l-Partit.

B’Deputati Nazzjonalisti mill-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil qegħdin jagħmlu minn kollox, saħansittra jorganizzaw laqgħat sigrieta, sabiex Delia jwarrab minn Kap.

Iżda Delia, li ilu Kap minn Settembru tal-2017 baqa’ qatt ma ħa kontroll tal-Partit Nazzjonalista u waqt li reġa’ nfena bil-ġlied u l-inkwiet, fakkar lid-deputati qrib Simon Busuttil li huwa l-kap tal-Partit:

“Għandna Partit, għandna statut, għandna Kap u kulħadd jimxi warajh”.

Ma kienx biss ma’ Newsbook li Adrian Delia reġa’ ikkonferma l-inkwiet u l-firda li hemm fil-Partit, izda anki f’intevrista fuq TimesTalk ikkonferma l-inkwiet fil-Partit Nazzjonalista mindu laħaq Kap.

 Mistoqsi direttament jekk igawdiex l-appoġġ tad-Deputati Nazzjonalisti fil-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia beda jlaqlaq u qal li qatt ma qagħad jgħodd min jappoġjah u min le. Iżda mistoqsi jekk hux se jitlob vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tiegħu mill-grupp parlamentari, Delia qal li ma jħossx il-bżonn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend