AĠĠORNAT: Ħadd ma weġġa' f'nirien li ħakmu żewġ karozzi fil-Ħamrun | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu żewġ karozzi fil-Ħamrun

Ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu żewġ karozzi fil-Ħamrun kmieni t-Tlieta filgħodu. Il-karozzi kienu pparkjati viċin il-Junior College.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post għall-ħabta tal-09:45 biex jitfu nirien li ħakmu karozza tat-tip Volkswagen. Dawn infirxu għal karozza tat-tip Fiat Punto li nzertat kienet ipparkjata quddiem din il-karozza.

Iż-żewġ karozzi ġarrbu xi ħsarat, iżda b’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend