Jorginhio viċin li jingħaqad ma' Birkirkara FC | One News

Notifiki

Jorginhio viċin li jingħaqad ma’ Birkirkara FC

It-tim ta’ Birkirkara FC huwa l-aktar tim attiv fil-Kampjonat Premier f’dan is-suq tat-trasferimenti, hekk kif fis-sigħat li ġejjin mistennija li jikkonfermaw l-akkwist tal-attakant Jorge Pereira Da Silva, magħruf aħjar bħala Jorginhio. Dan ikkonfermah ilbieraħ il-president ta’ Gżira United, Sharlon Pace, waqt il-programm radjofoniku L-Argument Ikompli.

Gżira United mistennija li jagħtu r-release lill-ex Hibernians sabiex dan ikun jista jiffirma mal-stripes fis-sigħat li ġejjin.  Plejer ieħor li mhux fil-pjannijiet ta’ Gzira United u l-kowċ Darren Abdilla huwa d-difensur Tommy Veronese. Pace ikkonferma li l-plejer mistenni li ħhalli lill-maroons f’dan is-suq tat-trasferimenit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend