Il-PM ta' Franza bi ħsieb li jikkastiga lil min organizza l-protesti madwar il-pajjiż | One News

Notifiki

Il-PM ta’ Franza bi ħsieb li jikkastiga lil min organizza l-protesti madwar il-pajjiż

Il-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe ħabbar pjanijiet biex jikkastiga nies li jorganizzaw protesti, wara seba’ gimgħat ta’ inkwiet fil-konfront tal-gvern.

Il-gvern ta’ Philippe jrid jabbozza leġislazzjoni ġdida li tipprojbixxi lil dawk li jfasslu l-problemi minn protesti u jrażżan l-ilbies tal-maskri waqt id-dimostrazzjonijiet.

Huwa qal li tmenin elf membru tal-forzi tas-sigurtà se jkunu fuq xogħolhom, lesti għall-mewġa ta’ protesti li hemm mistennija għall-jiem li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend