Mara ta' 95 sena involuta f'kampanja biex tipproteġi l-fkieren | One News

Notifiki

Mara ta’ 95 sena involuta f’kampanja biex tipproteġi l-fkieren

June Haimoff li llum għandha 95 sena ltaqgħet ma’ fekruna fil-kosta tat-Turkija iktar minn 30 sena ilu.

Din il-laqgħa straordinarja bidlitilha ħajjitha, kif ukoll l-futur tal-bajja li fih instabet.

“L-ewwel darba li rajt il-fkieren ifaqqsu, qadt inħares mingħajr ma ċċaqlaqt”.  “Niftakar id-dmugħ nieżel minn għajnejja”. “Minn dik il-ġurnata l-quddiem bdejt niġbor kull tip ta’ informazzjoni fuqhom”.

Il-President tal-grupp  tal-konservazzjonisti Yakup Kaska, li kienet waħda minn tal-ewwel li ħadmet qatigħ biex tissalvagwardja lil din l-ispeċi, rrimarkat li l-problemi li jaffaċċjaw l-fkieren huma li dawn l-annimali tal-baħar jibilgħu jew inkella jitgħaqqdu fix-xbieki tas-sajjieda, biex ma nsemmux il-konsum ta’ affarijiet tal-plastik, li jaħsbuhom bram.

Haimoff, magħrufa wkoll bħala “Captain June” minħabba li tħobb ħafna l-baħar, tgħallem lill-viżitaturi fuq l-isfidi li jaffaċċjaw dawn il-ħlejqiet u trawwem lill-istudenti tagħha dwar il-preservazzjoni ambjentali.

“Jiena mara li nħobb ħafna l-fkieren”.

Fl-1987, Haimoff flimkien ma’ grupp ta’ ħbieb tagħha issieltet b’suċċess biex twaqqaf il-kostruzzjoni ta’ lukanda li kien ikun ta’ periklu biex il-fkieren ibejtu.

Minn dak iż-żmien lil hawn, il-bajja baqgħet taħt protezzjoni. Kull kostruzzjoni hija projbita, kif ukoll dawl artifiċjali li jinxtegħel bil-lejl, meta persuni li jkunu fuq btala jinżammu milli jkunu preżenti fuq is-sit biex il-fkieren ikunu jistgħu jbidu l-bajd.

Permezz ta’ dan, tul dawn l-għaxar snin, il-post ta’ Iztuzu sar post reġjonali għall-fkieren, bl-istabbiliment bl-isem ta’ Sea Turtle Rescue Centre li jgħin fkieren imweġġa’ fil-bajjiet tat-Turkija.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend