35 persuna jagħmlu użu minn servizzi tas-saħħa għal persuni transesswali – One News

Notifiki

35 persuna jagħmlu użu minn servizzi tas-saħħa għal persuni transesswali

35 persuna transesswali qed jagħmlu użu minn servizzi għas-saħħa pprovduti għalihom fil-klinika tas-saħħa primarja fl-Imtarfa.

Dan intqal waqt żjara mid-deputat Prim Ministru Chris Fearne fl-istess klinika.

Is-servizz tas-saħħa multidixxiplinarju pprovduti f’din il-klinika tnedew lura fl-14 ta’ Novembru li għadda u fosthom hemm servizzi ta’ psikjatra, terapija għall-ormoni u kirurġija.

Sabiex persuni transesswali jagħmlu użu minn din il-klinika d-deputat Prim Ministru tenna li jridu jkunu riferuti minn tabib u psikjatra.

Id-deputat Prim Ministru tenna li dan huwa riżultat ta’ sena fejn fiha l-Gvern iffoka fuq il-bżonnijiet tal-komunità LGBTIQ.

Jixhed dan l-impenn kien hemm il-politika dwar is-servizzi tas-saħħa għal persuni transesswali, imfassla wara konsultazzjoni pubblika.

B’riżultat ta’ dan ukoll sar avviż legali sabiex persuni transesswali jkollhom aċċess għall-mediċina b’xejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend