Żewġ suldati Ingliżi jindarbu serjament f’attakk mill-ISIS – One News

Notifiki

Żewġ suldati Ingliżi jindarbu serjament f’attakk mill-ISIS

Żewġ suldati Ingliżi ndarbu serjament waqt attakk mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku fis-Sirja.

Skont rapporti fil-midja Ingliża, il-Forzi Speċjali Ingliżi ilhom dan l-aħħar żmien b’operazzjoni fis-Sirja, iżda l-Ministeru għad-Difiża Ingliż ma kkonfermax dan.

Jidher li ż-żewġ suldati weġġgħu f’attakk mill-ajru viċin ir-raħal ta’ Deir al-Zour, u kienu evakwati mill-inħawi mil-Forzi Amerikani kmieni s-Sibt filgħodu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend