Tliet kwarti tal-Maltin b'ottimiżmu għall-2019 | One News

Notifiki

Tliet kwarti tal-Maltin b’ottimiżmu għall-2019

Is-sens ta’ pożittività u ottiżmu fil-pajjiż kien ikkonfermat minn stħarriġ tal-gazzetta MaltaToday li wera li tliet kwarti tal-Maltin jistennew li s-sena l-ġdida se tkun waħda aħjar mill-2018.

Fil-fatt kwazi 46% qalu li jistennew li din is-sena se tkun ahjar minn dik li għada kif intemmet, b’ 3.4% biss iwieġbu li din is-sena se tkun agħar minn ta’ qabilha. Kważi 21% qalu li m’humiex ċerti.

Ir-riżultati tal-istħarriġ juru li l-Maltin u l-Għawdxin jinsabu aktar ottimisti mis-sena li għaddiet. Fil-fatt l-istħarriġ wera żieda ta’ aktar minn 9% tan-nies li qalu li s-sena l-ġdida se tkun aħjar minn ta’ qabilha.

Fl-istħarriġ ħareġ ukoll li iktar minn 60% ta’ dawk intervistati qalu li jistennew li l-qagħda finanzjarja tagħhom se tkun aħjar din is-sena meta mqabbla mas-sena l-oħra, b’10% biss jgħidu li s-sitwazzjoni se tkun agħar. 29% kienu iżjed kawti u stqarrew li ma jafux jekk is-sitwazzjoni hix se tkun aħjar jew agħar matul din is-sena.

Il-MaltaToday stħarrġet ukoll kemm hemm nies li qed jippjanaw li se jsiefru tul din is-sena. Hawn ħareġ li kwazi nofs il-Maltin qed jippjanaw li jieħdu btala matul din is-sena, b’40% jwieġbu li m’humiex beħsibhom jsiefru. 11.9% qalu li għadhom ma ddeċidewx.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend