Lanqas temmen x'kien l-aktar rigal popolari dan il-Milied… | One News

Notifiki

Lanqas temmen x’kien l-aktar rigal popolari dan il-Milied…

Għalkemm għadu ftit kmieni, l-indikazzjonijiet huma li reġgħu kienu festi tajbin u s-sena li għaddiet bħala sena sħiħa kienet sena tajba għan-negozji Maltin u Għawdxin.

Il-Ġimgħa filgħodu waqt il-programm ONE Breakfast il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u s-Sidien tar-Ristoranti qal li dawn il-festi raw aktar Maltin jonfqu iżjed.

“It-trends ta’ anki l-Maltin speċjalment anki fi żminijiet ta’ festi li jagħżlu li jiċċelebraw u anki joħorġu biex ngħid hekk minn darhom u jagħmlu u jattendu ġewwa restaurants, ġo hotels anki bħala turist innifsu intern biex ngħid hekk. Il-Malti li jfittex imur ġo hotel kemm Malta jew ġewwa Għawdex qed tkompli tissaħħaħ.”

Fl-istess programm ta’ filgħodu tkellmet il-Kap Eżekuttiv tal-GRTU, Abigail Mamo, li sostniet kif fi klima ekonomika pożittiva ħafna hemm bosta fatturi fosthom iż-żieda fil-pagi.

“Il-mod ta’ kif sejra l-ekonomija, ‘il quddiem, il-mod ta’ kif l-ekonomija qed tikber qed tagħti kontribut tajjeb lin-negozji, lil Malta. Issa hemm fatturi oħra ovvjament ukoll li l-popolazzjoni żdiedet, jiġifieri l-konsum ħa jiżdied. Fl-istess ħin il-pagi għolew ukoll, jiġifieri n-nies se jkunu aktar kapaċi jonfqu. Dan kollu qed iħalli effett vera pożittiv fin-negozji.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-MHRA qal li s-settur tat-turiżmu ssaħħaħ u lejn pajjiżna ġbidna nies li mhux is-soltu jirfsu artna.

“Li n-numru ta’ turisti qed ikomplu jiżdiedu mhux biss minn dawk is-swieq tradizzjonali bħalma hija l-Ingilterra, l-Italja u l-Ġermanja imma anki minn swieq li forsi qabel sa ftit tas-snin ilu konna naħsbu li diffiċli biex nilħquhom. Qed ikollna swieq mis-South America, mill-Ġappun, mill-pajjiżi mbiegħda. Qed insiru popolari wkoll f’dawn is-swieq ġodda.”

F’ONE Breakfast id-diskussjoni twessgħet dwar fejn l-aktar marru tajjeb in-negozji fi żmien dawn il-festi, bil-Kap Eżekuttiv tal-GRTU tgħid li kien hemm xi ħaġa partikolari li marret ferm tajjeb iżjed minn mistenni.

“Xi ħaġa li impressjonatni li tkellimt ma’ xi ħadd u qalli li fejn jidħlu hampers, fejn jidħol ikel, fejn jidħol xorb; dan it-tip ta’ rigali daqxejn iktar corporate li wieħed jagħti żdiedu ħafna din is-sena. Kien rekord qaluli li speċi ta spiċċalhom kollox out of stock, biegħu kollox.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend