Il-Knisja Ortodossa Ukrena ngħatat l-indipendenza u nħallet minn dik Russa – One News

Notifiki

Il-Knisja Ortodossa Ukrena ngħatat l-indipendenza u nħallet minn dik Russa

Il-Knisja Ortodossa Ukrena ngħatat l-indipendenza, f’deċiżjoni kontroversjali hekk kif inħallet minn dik Russa.

F’Istanbul fit-Turkija, minn fejn titmexxa l-Knisja Ortodossa, il-Patrijarka Ekumeniku Bartolomew iffirma dokument importanti li formalment iddikjara l-Knisja Ortodossa Ukrena indipendenti wara li din riċentament inħolqot.

Għal sekli sħaħ il-Knejjes Ortodossi fl-Ukrajna kienu taħt dawk Russi u din il-qasma waslet għall-qasma ferm aktar wiesgħa fid-dinja Ortodossa li qed tiċċelebra propju l-Milied issa.

Din il-mossa qed tkun ukoll meqjusa bħala waħda politika hekk kif f’dawn l-aħħar snin, ir-relazzjonijiet bejn l-Ukrajna u r-Russja ħżienu ħafna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend