“Il-Gvern Malti ħa d-deċiżjoni korretta” – Fleur Vella – One News

Notifiki

“Il-Gvern Malti ħa d-deċiżjoni korretta” – Fleur Vella

Il-kandidat għall-Parlament Ewropew, Fleur Vella, ikkummentat dwar id-deċiżjoni tal-gvern Malti li minflok iddaħħal f’Malta bastiment bl-immigranti li mhux responsabbiltà tiegħu jkun parti minn diskussjonijiet Ewropej biex tinstab soluzzjoni komuni li fiha tieħu sehem Malta wkoll.

Fleur Vella argumentat li pajjiż żgħir bħal Malta ma jistax jerfa’ hu u waħdu l-piż li skont il-liġi kien isejjaħ lil pajjiż ieħor.

Minn dak ippubblikat, inkluż il-lokazzjoni ta’ fejn kienu l-bastimenti meta talbu l-għajnuna, kien ċar li dan il-każ mhux responsabbiltà ta’ Malta.

Vella fakkret li Malta  qatt ma farfret mill-obbligi legali u internazzjonali tagħha tant li sa riċenti, permezz tal-Forzi Armati ta’ Malta, wettqet salvataġġi li kienu responsabbiltà tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend