Arrestat il-Libjan li ħarab mill-Għassa ta’ Ħal Qormi – One News

Notifiki

Arrestat il-Libjan li ħarab mill-Għassa ta’ Ħal Qormi

Ir-raġel li ħarab mill-kustodja tal-Pulizija waqt li kien fl-Għassa ta’ Ħal Qormi, ċertu Abdulsalam Ben Hamed ta’ 45 sena mill-Libja, instab u ġie arrestat.

Il-Pulizija tirringrazzja lil pubbliku tal-għajnuna u l-informazzjoni li ta’ sabiex ir-raġel inqabad.

Il-ġimgħa għall-ħabta tas-12:50, ir-raġel ħarab immanettjat mill-għassa tal-Pulizija u bdew it-tfittxijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend