Ritratti: Il-Maġi jaslu Malta u jibdew il-vjaġġ għal Għajnsielem | One News

Notifiki

Ritratti: Il-Maġi jaslu Malta u jibdew il-vjaġġ għal Għajnsielem

Fuq titjira tal-Air Malta minn Tel Aviv, illum waslu s-Slaten Maġi f’Malta bħala parti mill-attivitajiet b’rabta mal-presepju ħaj Betlehem f Għajnsielem. Il-miġja tal-Maġi bdiet minn Pjazza Maxtura f’Betlehem.

Dan l-għaxar anniversarju kien ikkomemorat mit-tluq tal-Maġi mill-art li fiha twieled Ġesú Bambin, b’hekk kienet ferm aktar speċjali.

Apparti dan waqt il-vjaġġ tal-maġi fl-Iżrael u l-Palestina iltaqgħu ma’ koppja Amerikana li ftit tal-jiem ilu kienu Malta jaraw il-presepju u li kellhom ix xorti jerġgħu jiltaqgħu fl art imqaddsa.

Is-sindku ta’ Għajnsielem Franco Ciangura tkellem magħna u qalilna li huwa tassew onorat li flimkien ma grupp kbir ta voluntiera qed jirrappreżentaw lir raħal li tagħhom fuq livell internazzjonali.

Il programm ikompli ghada fil-Belt Valletta, il-Ħamrun u l-Mosta u nhar il-Ħadd jintlaħaq il-qofol ta’ dan il-vjaġġ f’Għajnsielem bit tluq mill-Mellieħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend