Immultat €4,000 wara li ammetta li daħal Malta b’€10,600 mhux iddikkjarati – One News

Notifiki

Immultat €4,000 wara li ammetta li daħal Malta b’€10,600 mhux iddikkjarati

Barrani kien immultat aktar minn €4,000 u kellu madwar €6,500 kkonfiskati wara li ma ddikjarax aktar minn €10,000 flus kontanti hu u dieħel Malta.

L-akkużat, Enzo Giovanni Romano, twaqqaf fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lejlet l-Ewwel tas-Sena wara li uffiċjali tad-Dwana skoprew bil-flus li kellu fuqu. Huwa kien akkużat li kiser il-liġi dwar i-Regolarizzazzjoni tal-Kontroll tal-Flus u Transazzjonijiet Esterni.

L-akkużat kien pront jammetti l-akkużi miġjuba kontrih, bil-Maġistrat Charmaine Galea tkkunsidra li l-liġi timponi multa li tammonta għal 25% tal-valur tal-flus li kien qed iġorr l-akkużat fil-ħin tal-arrest.

Il-Qorti kkonfiskat l-ammont li qabeż dak stipulat mill-liġi Maltija li jista’ jidħol pajjiżna mingħajr ma jkun iddikkjarat, jiġifieri €6,585, u mmultat lill-akkużat €4,175.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend