Filmat: Raġel ta’ 61 sena bi ġrieħi gravi wara li ntradam taħt il-ġebel f’sit ta’ kostruzzjoni fl-Imsida – One News

Filmat: Raġel ta’ 61 sena bi ġrieħi gravi wara li ntradam taħt il-ġebel f’sit ta’ kostruzzjoni fl-Imsida

 

Raġel ta’ 61 sena mis-Swieqi ġarrab ġrieħi gravi wara li ntradam taħt xi ġebel f’sit ta’ kostruzzjoni fl-Imsida.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.20 fi triq il-Wied, l-Imsida.

Fuq il post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni ċivili biex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-vittma. Huwa ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend