Ex plejer ta' Liverpool jinħatar Direttur Sportiv ta' Birkirkara FC | One News

Notifiki

Ex plejer ta’ Liverpool jinħatar Direttur Sportiv ta’ Birkirkara FC

L-ex difensur ta’ Liverpool, John Riise Arne nħatar bħala Direttur Sportiv ta’ Birkirkara FC.

In-Norveġiż laħaq f’dan l-irwol il-ġdid għall-klabb Karkariż, hekk kif qed isiru diversi tibdiliet li se jitħabbru fil-jiem li ġejjien.

Fil-karriera sportiva tiegħu, Riise Arne lagħab ma’ Liverpool bejn l-2001 u l-2008 fejn kien parti mill-iskwadra rebbieħa taċ-Champions League fl-2005. In-Norweġiż lagħab 234 darba u skurja 21 gowl mat-tim Ingliż. Barra Liverpool, in-Norveġiż lagħab ukoll ma’ Roma fl-Italja u Fulham fl-Ingilterra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend