“Trump iddiżappunta lid-dinja kollha”- Mitt Romney – One News

“Trump iddiżappunta lid-dinja kollha”- Mitt Romney

L-eks kandidat Presidenzjali Amerikan u senatur prospettiv għal Utah, Mitt Romney, ħareġ jattakka lill-President Donald Trump u qal li dan iddiżappunta lid-dinja kollha.

F’artiklu fuq il-gazzetta The Washington Post Romney qal li Trump għadu ma laħaqx il-mira tal-Presidenza tiegħu kif imwiegħed.

Romney hu magħruf għall-kummenti tiegħu kontra Trump, b’dan tal-aħħar jattakkah lura u jiddeskrivih bħala ‘kandidat fallut’.

Intant, il-President Trump għadu jrid iwieġeb għal dak allegat minn Mitt Romney fl-aħħar artiklu tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend