Soru tagħmel l-ostji ħdejn il-maxtura f'presepju ħaj f'Għawdex | One News

Notifiki

Soru tagħmel l-ostji ħdejn il-maxtura f’presepju ħaj f’Għawdex

Jekk wieħed f’dawn il-jum ta’ festi żar il-presepju ħaj li jinsab fil-komunità ta’ Ġesu Nazzarenu fix-Xagħra Għawdex, ra personaġġ mhux tas-soltu. Ħdejn il-Madonna, San Ġużepp u Ġesù tarbija, kien hemm soru Franġiskana tagħmel l-ostji.  Fil-kuvent tas-Sorijiet Franġiskani li jinsab fix-Xagħra stess hemm bħalissa erba’ sorijiet.

Dan il-presepju ħaj hu l-ewwel presepju f’Għawdex li qatt sar p’personaġġi tad-demm u l-laħam, fejn għal-sentejn sħaħ flokk dan, sar il-Presepju Suq u Mexxi.

Dan il-presepju jifforma ukoll parti mit-30 presepju li jinsabu fix-Xagħra Għawdex, jew hekk kif imsejjaħ, ir-Raħal tal-Presepji f’Għawdex.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend