Nofs l-Ingliżi jridu li l-Prinċep Charles jabdika biex William isir Re wara li tmut Eliżabetta t-Tieni – One News

Notifiki

Nofs l-Ingliżi jridu li l-Prinċep Charles jabdika biex William isir Re wara li tmut Eliżabetta t-Tieni

Kważi nofs iċ-ċittadini Ingliżi jemmnu li l-Prinċep Charles għandu jċedi postu bħala eredi tat-tron Ingliż, u jħalli lill-Prinċep William ikun ir-Re l-ġdid tal-Ingilterra wara l-mewt ta’ Eliżabetta t-Tieni.

Stħarriġ li għamlu l-ġurnali ewlenin f’Londra juru li 46% jridu lid-Duka ta’ Cambridge ikun l-eredi prinċipali tar-Reġina, u qalu li Charles għandu jabdika immedjatament wara l-mewt t’ommu. Jidher li din l-idea hija l-aktar popolari ma’ persuni ta’ bejn it-18 u l-24 sena. 20% biss jemmnu li Camilla, mart Charles, kapaċi tieħu post Eliżabetta t-Tieni fuq it-tron Ingliż.

Charles, il-Prinċep ta’ Wales, se jibqa’ magħruf bħala l-aktar eredi li kellu stennija twila għall-ħakma tat-tron fl-istorja.

Minkejja l-opinjoni b’saħħitha li qed juri l-pubbliku Brittaniku, hu mifhum li l-Prinċep Charles m’għandux il-ħsieb li jċedi postu.

Lura f’Novembru, il-Prinċep ta intervista esklussiva lill-BBC, fejn saħaq li bi ħsiebu ma jindaħalx aktar fil-politika la darba jkun fuq it-tron, hekk kif “mhux se nkun nista’ nagħmel dak li qed nagħmel issa li jien biss eredi”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend