L-2018 kienet l-aktar sena li għamel maltemp f’Malta – One News

Notifiki

L-2018 kienet l-aktar sena li għamel maltemp f’Malta

Is-sena li għadha kemm għaddiet kienet l-aktar waħda b’maltemp. Dan ħareġ minn informazzjoni mill-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Il-maltemp ukoll laqat lil pajjiżna, partikolarment fis-sajf. Fil-fatt, fix-xhur tas-sajf fl-elfejn u tmintax, il-maltemp laqat lil gżiritna għal għaxar t’ijiem.

Dan ġara wara sentejn konsekuttivi fejn l-ammont ta’ xita li niżlet fuq il-gżejjer Maltin kienet inqas mill-medja. Frar tas-sena l-oħra kien l-aktar xahar li niżlet xita sa mill-1923.

Matul is-sena li għaddiet ix-xita li niżlet kejlet 596.6mm. L-aktar xahar li niżlet xita f’pajjiżna matul is-sena li għaddiet kien f’Ottubru

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend