Il-marċ tradizzjonali tal-bidu tas-sena ta’ Ħaż-Żabbar jitħassar b’rispett lejn il-memorja ta’ Chris Portelli – One News

Notifiki

Il-marċ tradizzjonali tal-bidu tas-sena ta’ Ħaż-Żabbar jitħassar b’rispett lejn il-memorja ta’ Chris Portelli

L-Għaqda Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar ħabbret li b’sinjal ta’ rispett lejn Chris Portelli, ir-raġel li aktar kmieni l-Erbgħa tilef ħajtu minħabba ġrieħi serji li sofra meta’ waqa’ minn sellum waqt xogħolu fl-impjant ta’ Delimara, se tħassar il-marċ tradizzjonali tas-sena l-ġdida li kienet se ssir nhar il-Ħadd li ġej.

Fl-istess ħin, il-banda se kun qed tieħu sehem waqt il-funeral tiegħu bi qbil mal-familja tal-vittma.

Dan tħabbar mill-kunsillier ta’ Ħaż-Żabbar, Roderick Vella, fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook. Vella ddeskriva lill-vittma vħala raġel li bid-daħqa tiegħu kien iġorr l-istandard tal-għaqda bi kburija liema bħalha, li miegħu qasam ħbiberija twila u sinċiera.

Portelli kellu 45 sena u kien membru attiv ferm ta’ din l-għaqda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend