Iċ-Ċina trid lit-Tajwan lura – One News

Notifiki

Iċ-Ċina trid lit-Tajwan lura

“It-Tajwan għandu u se jkun qed jerġa’ jingħaqad maċ-Ċina.”

Dan kien il-messaġġ tal-President Ċiniż Xi Jinping waqt diskors li mmarka l-erbgħin anniversarju mindu l-kunflitt diplomatiku bejn iċ-Ċina u t-Tajwan biered xi ftit.

It-Tajwan huwa mmexxi minn gvern indipendenti, il-Gvern Ċiniż għadu sal-lum il-ġurnata jqis lil dan il-post bħala provinċja separatista miċ-Ċina.

F’diskors ċar u skjett, il-President Ċiniż qal li l-poplu tat-Tajwan għandu jinsa l-aspirazzjonijiet tal-indipendenza għaliex din tmur kontra l-istorja.
“Aħna mill-istess familja Ċiniża, l-indipendenza ġġib biss tbatija lin-nies tat-Tajwan”, saħaq Xi Jinping.

Il-President Ċiniż wissa li m’għandu jkun hemm l-ebda indħil barrani f’din il-kwistjoni li sejħilha bħala domestika għaliex huwa għadu jifhem li t-Tajwan huwa taċ-Ċina.

Sadanittant it-Tajwan dejjem saħaq li huwa pajjiż indipendenti u appella li kwistjonijiet politiċi maċ-Ċina għandhom jiġu solvuti b’mod paċifiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend