Aktar minn 70,000 persuna jilqgħu l-2019 fil-Belt Valletta | One News

Notifiki

Aktar minn 70,000 persuna jilqgħu l-2019 fil-Belt Valletta

Aktar minn 70,000 ruħ ħonqu t-toroq tal-Belt Valletta sabiex isellmu lis-sena 2018 u jiċċelebraw il-bidu ta’ din is-sena. 

Serata mimlija briju bis-sehem ta’ fost l-aqwa artisti lokali fosthom il-kantanta Ira Losco li tat kunċert ta’ aktar minn siegħa fi Pjazza San Ġorġ u interpretat għadd ta’ siltiet bil-Malti u oħrajn mill-album NO SINNER NO SAINT li għadha kemm nediet ftit tax-xhur ilu fosthom Bad Habits, kif ukoll Hey Now.

Dan flimkien ma’ siltiet oħra li nediet tul il-karriera tagħha fosthom Me Luv You Long Time u l-famuża What I’d Give. 

Il-qofol tas-serata ntlaħaq mat-tokki ta’ nofsillejl, fejn l-eluf preżenti, flimkien ma’ dawk l-aktar qrib tagħhom iċċelebraw dan il-mument tant speċjali. Mument li jsarraf f’tgħannieqa jew bewsa minn dawk l-aktar qrib tagħhom fl-isfond ta’ spettaklu ta’ nar; u fl-istess waqt ifakkru tmiem ta’ sena li għadha kemm intemmet u bidu ta’ kapitlu ġdid f’ħajjet kull wieħed u waħda minna.

Il-bidu tas-sena l-ġdida fil-Belt Valletta kompliet bi spettaklu ta’ mużika bis-sehem tad-djs Pierre Cordina kif ukoll Mykill, li daqqew diversi siltiet popolari.

Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena fil-belt kapitali kienu l-aħħar mis-sensiela ta’ attivitajiet organizzati mill-programm tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2018.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend