Aktar Ingliżi qed japplikaw għal passaport Irlandiż minħabba Brexit – One News

Notifiki

Aktar Ingliżi qed japplikaw għal passaport Irlandiż minħabba Brexit

In-numru ta’ ċittadini Ingliżi li qed japplikaw għal passaport Irlandiż żdied bi 22% fl-2018. Dan ħareġ minn studju li jagħmel il-Ministeru għal-Affarijiet Barranin Irlandiż, li qal li dawn iċ-ċifri rduppjaw mindu l-poplu Ingliż ivvota biex pajjiżhom joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Kull persuna mwieled fir-Repubblika tal-Irlanda jew fl-Irlanda ta’ Fuq, jew li għandu ġenituri jew nanniet Irlandiżi, huwa eliġibbli għal passaport Irlandiż. Huwa stmat li fir-Renju Unit, 6 miljun ċittadini huma eliġibbli japplikaw, u għaldaqstant huma eliġibbli għal ċittadinanza doppja.

Bi tliet xhur biss biex ir-Renju Unit joħroġ uffiċjalment mir-Renju Unit, intlaħaq ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea dwar l-abbozz dwar Brexit, imfassal mill-Prim Ministru Theresa May. Hekk kif il-Parlament Ingliż se jissokta b’ħidmietu wara l-festi tal-Milied, il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jieħdu vot dwar dan l-istess abbozz. Dan ifisser li s’issa, għad hemm ċans li Brexit ma jseħħx.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend