15-il persuna jaffaċċjaw akkużi ta' qtil taż-żewġ nisa li nstabu b'għonqhom inħanxar fil-Marokk | One News

Notifiki

15-il persuna jaffaċċjaw akkużi ta’ qtil taż-żewġ nisa li nstabu b’għonqhom inħanxar fil-Marokk

15-il persuna qed jaffaċċjaw akkużi ta’ qtil b’rabta mal-mewt ta’ żewġ studenti Skandinavi fil-Marokk aktar kmieni dan ix-xahar. Dawn il-persuni qed jaffaċċjaw akkużi ta’ terroriżmu wkoll, fosthom li ħolqu għaqda terroristika bejniethom biex joqtlu l-persuni u jwettqu atti terroristiċi biex jikkawżaw tensjoni fil-pajjiż.

L-iġsma bla ħajja ta’ Louisa Vesterager Jespersen u Maren Ueland instabu aktar kmieni dan ix-xahar b’għonqhom imħanxar fil-Marokk viċin il-belt ta’ Imlil ħdejn il-muntanji Atlas.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend