Żewġ persuni jinqatlu fi splużjoni fuq karozza tal-linja biswit il-piramidi fil-Kajr – One News

Żewġ persuni jinqatlu fi splużjoni fuq karozza tal-linja biswit il-piramidi fil-Kajr

Żewġ turisti mill-Vjetnam tilfu ħajjithom wara splużjoni li saret fuq karozza tal-linja fil-Kapitali Eġizzjana, il-Kajr. Kelliem għall-Ministeru għall-Intern Eġizzjan qal li l-isplużjoni seħħet qrib il-piramidi ta’ Giża, uħud mill-aktar siti popolari mat-turisti fl-Eġittu kollu.

Jidher li l-bomba tpoġġiet biswit ħajt fl-inħawi u ħadet hekk kif karozza tal-linja, li kienet qed iġġorr 14-il turist mill-Vjetnam, għaddiet mill-post.

Fost il-midruba hemm żewġ Eġizzjani, inkluż ix-xufier tal-karozza tal-linja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *