St. Andrews u Qormi b'riżultati differenti wara li nstemgħu l-protesti li ressqu | One News

Notifiki

St. Andrews u Qormi b’riżultati differenti wara li nstemgħu l-protesti li ressqu

Il-bord tal-protesti tal-MFA ilbieraħ iltaqa’ sabiex jiddiskuti l-protesti li tressqu aktar kmieni dan ix-xahar minn St. Andrews u Qormi rispettivament. 

St. Andrews ingħataw tliet punti fuq il-mejda għas-spejjeż ta’ Floriana wara li dawn tal-aħħar għamlu użu minn 10 Maltin minflok 11 fil-partita li intlagħbet fil-8 ta’ Diċembru.  Il-partita kienet intemmet fid-draw ta’ mingħajr goals. Għalekk issa Floriana jittieħdilhom il-punt filwaqt li St. Andrews jingħatawlhom żewġ punti oħra.

Minn naħa l-oħra, l-protest ta’ Qormi kontra Birkirkara ma ntlaqax u għalekk ir-rebħa ta’ 2 – 1 tibqa’ tgħodd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend